Lokali

L-ittra ta’ riżenja ta’ Chris Cardona għadha mistura

Sal-lum, l-ittra tar-riżenja minn Deputy Leader tal-Partit Laburista ta’ Chris Cardona għadha mistura u ħadd għadu ma raha.

Dan ifisser li ħadd ma jaf ir-raġuni vera għalfejn irriżenja Chris Cardona, raġuni li wieħed jistenna li tkun fuq ittra ta’ riżenja.

Il-Ġimgħa filgħodu staqsejna dwar dan lil żewġ Ministri tal-Gvern… lanqas huma ma raw din l-ittra.

U għalhekk la deher li l-Prim Ministru biss ra din l-ittra… il-Ġimgħa filgħaxija staqsejna lill-Robert Abela nnifsu.

Kien għalhekk illi la ħareġ il-kunsens tal-Prim Ministru biex din l-ittra tiġi ppublikata, Net News tkellem mal-persuna li Robert Abela qal li rċeviet l-ittra tar-riżenja ta’ Chris Cardona.

Catherine Fenech, is-Segreterju tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista.

Kien għalhekk illi bagħtna email bid-deċiżjoni tal-Prim Ministru lis-Segretarju tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista biex ningħataw kopja tal-ittra tar-riżenja ta’ Chris Cardona.

Sal-ħin ta’ dan il-bulettin, bqajna ma rċivejna ebda tip ta’ risposta…u wisq inqas l ittra innifisha.