Lokali

Ministru ta’ Abela jistqarr li “ninsabu f’eklissi politiku”

“Rapport fil-media internazzjonali li jkompli jkisser ir-reputazzjoni tagħna bħala pajjiż.”

Dan hu l-kliem li uża l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo biex jiddeskrivi l-iskandlu l-ġdid li ħakem il-Gvern, wara li ħarġu provi ġodda dwar id-deal tal-Montenegro u l-miljuni li għaddew fil-kumpanija 17 Black.

“Għandna quddiemna theddida serja fix-xhur li ġejjin”, qal il-Ministru Bartolo.

Iżda Bartolo mar olter minn hekk. “Fix-xhur li ġejjin l-Financial Action Task Force (FATF) se tiddieċiedi ddaħħalniex fil-lista tal-griża ta’ pajjiżi sorveljati dwar il-passi li jridu jieħdu kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u delitti ekonomiċi oħra. L-ekonomija tagħna tbati jekk niddaħħlu fil-lista l-griza.”

Il-provi l-ġodda li ħarġu lbieraħ jindikaw biċ-ċar li l-Enemalta ħallset ‘il fuq minn €10 miljun biex akkwistat il-windfams fil-Montenegro. Iżda il-verita’ hi, li ġimgħatejn qabel dan id-deal kumpanija ohra bl-isem Cifidex kienet xtrat l-istess ishma għal 2.9 miljuni. Dawn it-2.9 miljuni ġew m’għand 17 Black.

Il-kumpanija ta’ Yorgen Fenech ħadet mhux biss dawn il-flus iżda anke “profitti” li jlaħħqu s-somma €4.6 miljuni.