Futbol Sport

RB Leipzig jistgħu jilħqu lil Borussia Dortmund f’konfront dirett

(Ritratt: EPA)

F’programm sħiħ li kollu se jintlagħab illum, RB Leipzig jospitaw lil Borussia Dortmund, f’partita li tisa’ tkun kruċjali f’min jispiċċa fit-tieni post wara li nhar it-Tlieta Bayern Munich ġew ikkonfermati champions għat-30 darba fl-istorja tagħhom.

Fl-aħħar ħarġa tagħhom, Dortmund sfaw megħluba 2-0 f’telfa sorpriża kontra Mainz u fiż-żewġ partiti ta’ qabel kisbu żewġ rebħiet bi skor identiku ta’ 1-0 kontra Hertha Berlin u Fortuna Düsseldorf.

RB Leipzig ukoll ġejjin minn riżultat mhux mistenni meta f’darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 kontra Fortuna Düsseldorf u żgur li f’din il-partita se jkunu determinati biex jiksbu t-tliet punti biex jilħqu lil Dortmund fit-tieni post.

Iċ-Champions Bayern Munich se jkunu qed jospitaw lil Freiburg, f’partita fejn Bayern mistennija jingħataw it-trofew. Nhar it-Tlieta huma reġgħu saru champions meta għelbu lil Werder Bremen 1-0 b’gowl ta’ Robert Lewandowski. B’hekk l-attenzjoni ta’ Bayern issa ddur fuq l-aħħar rawnds tal-UEFA Champions League u se jkunu qed jittamaw li jwettqu t-treble. Freiburg min naħa tagħhom se jkunu qed iħarsu li jiksbu t-tliet punti u jidħlu f’ċans li jikkwalifikaw għall-Ewropa fl-istaġun li ġej.

Bayer Leverkusen se jkunu qed jospitaw lil Hertha Berlin u rebħa tista’ ssaħilhom r-raba’ post fil-klassifika fejn warajhom eżatt hemm Borussia Mönchengladbach li jilagħbu kontra t-tim diġa’ relegat Paderborn.

Logħob li jmiss: Illum: Bayern Munich v Freiburg 3.30pm, Cologne v E.Frankfurt 3.30pm, F. Düsseldorf v Augsburg 3.30pm, H. Berlin v B. L’kusen 3.30pm, Hoffenhiem v U. Berlin  3.30pm, Mainz v W. Bremen 3.30pm, Paderborn v B.M’g’bach 3.30pm, RB Leipzig v B. Dortmund 3.30pm, Schalke v Wolfsburg 3.30pm