Lokali

Yorgen Fenech ried jikxef iżjed skandli

7 xhur ilu Fenech ried jiżvela l-iskandlu tal-Montenegro u aktar

Yorgen Fenech, in-negozjant akkużat b’kompliċità fl-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kien lest jiżvela kollox dwar l-iskandlu tal-Montenegro lura fis-26 ta’ Novembru, 2019 – jumejn qabel il-laqgħa tal-kabinett storika tul il-lejl fil-qalbha ta’ Kastilja.

Dan ġie żvelat mis-sit Newsbook fejn ġie spjegat li Fenech kien lest jagħmel dan u jiżvela dwar aktar skandli oħra ġaladarba jirċievi l-maħfra Presidenzjali.

Madanakollu din tal-aħħar ġiet rifjutata kategorikament mill-Gvern dak iż-żmien immexxi mill-eks mexxej Laburista Joseph Muscat. Dan ifisser li l-informazzjoni sensittiva li kapaċi għandu Yorgen Fenech, għadha mhux magħrufa.

Fil-25 ta’ Novembru, 2019 – Yorgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black, kien stqarr mal-Pulizija li allegatament Keith Schembri, l-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, kien qallu li jekk ma jikxfux kien ser jgħinu.