Lokali

Adrian Delia jsejjaħ Grupp Parlamentari b’urġenza

Kmieni dalgħodu, il-Kap tal-PN Adrian Delia sejjaħ laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Il-laqgħa bdiet għall-ħabta tal-10am.

Hu mifhum li f’din il-laqgħa se jkunu diskussi l-aħħar aħbarijiet li qed joħorġu b’rabta ma’ 17 Black, u l-konnessjoni li teżisti bejn Yorgen Fenech u l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Filwaqt li Muscat qed jinsisti li ġie mhedded, Fenech qed jgħid li kien lest li jgħaddi informazzjoni sensittiva dwar id-deal tal-Montenegro – deal li sewa miljuni lil pajjiżna.