Lokali

Arrest b’rabta ma’ ammont konsiderevoli ta’ droga

Raġel ta’ 30 sena ġie arrestat matul il-lejl li għadda f’operazzjoni oħra tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara sejba ta’ ammont konsiderevoli ta’ sustanza, allegatament kokaina.

Il-Pulizija kienu ilhom xi ħin isegwu vettura sakemm waqfuha fix-Xatt ta’ Pinto, il-Furjana. Waqt li r-raġel ġie arrestat saret tfittxija fil-vettura fejn hemm instabet id-droga.

Iż-żagħżugħ ittieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ. Bis-sejba kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Gabriella Vella.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.