Futbol Sport

Atalanta b’rebħa kbira fuq Sassuolo

(Ritratt: EPA)

Atalanta kisbu rebħa kbira f’darhom meta għelbu lil Sassuolo 4-1. Atalanta fetħu tajjeb u wara kwarta marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ BERAT DJIMSITI wara li rċieva mingħand Mattia Caldara. Wara biss tliet minuti, Atalanta ħasbu li rduppjaw bil-gowl tal-captain Alejandro Gomez ikun mħassar permezz tal-VAR minħabba fawl li seħħ fl-azzjoni li wasslet għall-gowl.

Fil-31 minuta, DUVAN ZAPATA rdoppja għal Atalanta b’daqqa ta’ ras wara li rċieva mingħand Robin Gosens. Zapata reġa resaq qrib li jirdoppja meta d-daqqa ta’ ras tiegħu ħabtet mal-mimduda. It-tim ta’ Gasperini żiedu ieħor fis-37 minuta permezz ta’ awto gowl ta’ MEHDI BOURABIA. Sassuolo ħolqu żewġ ċansijiet li setgħu daħħluwhom fil-partita ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Domenico Berardi u Francesco Caputo.

Atalanta komplew jiddominaw fit-tieni taqsima u reġa kien DUVAN ZAPATA li għeleb lil Andrea Consigli b’daqqa’ ta’ ras tajba fis-66 minuta. Sassuolo skorjaw l-gowl ta’ konsolazzjoni fit-92 minuta meta bi free-kick mill-isbaħ MEHDI BOURABIA għeleb lil Gollini.