Lokali

BIL-FILMAT: Sriep u pappagalli jmutu f’nar li ħakem petshop f’San Ġwann

Żewġ pappagalli u żewġt isriep imutu waqt nar li nħakem f’petshop li jinsab f’San Ġwann. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 2.30pm f’Misraħ Lewża.

Fuq il-post marru għadd ta’ vetturi ta’ tifi tan-nar biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Jidher li ħadd ma weġġa’ iżda sfortunatament l-annimali li kien hemm fil-ħanut belgħu d-duħħan tant li wħud kellhom jingħataw l-ossiġnu. Il-ħanut ibigħ annimali eżotiċi, fosthom pappagalli u sriep.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.