Sport Sport Ieħor

Curtis Blaydes jegħleb l-isfida ta’ Alexander Volkov u jwaqqaf rekord ġdid

(Ritratt: bloddyelbow.com)

Curtis Blaydes waqqaf rekord ġdid meta fi ġlieda heavyweight kontra Alexander Volkov rebaħ 49-46 48-47 48-46.

Blaydes waqqaf rekord ġdid għal takedowns li għamel fuq Volkov meta rnexxielu jagħmel 14 –il takedown bir-rekord preċidenti jkun f’idejn Cain Velasquez meta kien wettaq 11 –il takedown fuq Junior dos Santos fl-2012.

Blaydes qal li jinsab kuntent ħafna li f’din il-ġlieda rnexxielu jegħleb lil Volkov biex b’hekk kompla jtejjeb ir-rekord impressjonanti tiegħu biex minn 16 –il ġlieda hu tilef biss tnejn.