Futbol Sport

Davor Filipovic jinħatar bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Mosta

(Ritratt: Replay)

L-eks plejer ta’ Sliema Wanderers Davor Filipovic inħatar bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Mosta.

Filipovic kien plejer ta’ Sliema Wanderers fis-snin disgħin wara esperjenzi bħala plejer fil-Kroazja u fl-Italja. Fl-istaġun li għadda hu kien f’pajjiżna bħala parti mill-istaff tekniku ta’ Sneglea Athletic.

Filipovic se jkun qieħed jieħu post Mark Miller li ftehim mal-klabb temm l-esperjenza tiegħu ma’ Mosta. Fl-istaġun li għadda, Mosta temmew fit-tmien post tal-klassifika bi 28 punt daqs Balzan.