Futbol Sport

Draw fid-derby ta’ Merseyside

(Ritratt: EPA)

Everton żammew lil Liverpool fi draw ta’ 0-0 f’partita nieqsa mill-azzjonijiet. Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp iddeċieda li għal din il-partita jħalli lil Mohamed Salah nieqes mill-ewwel ħdax kif ukoll lill-midfielder Olandiż, Georginio Wijanldum.

Minkejja li għal ħinijiet twal Liverpool iddominaw il-pusses, huma naqsu milli joħolqu azzjonijiet denji li jimpenjaw lill-gowlkiper ta’ Everton Jordan Pickford. Everton resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-80 minuta meta d-daqqa ta’ ras ta’ Dominic Calvert-Lewin għaddiet ftit barra mil-lasti ta’ Alisson. Ftit tas-sekondi wara, Tom Davies ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta bit-tim ta’ Everton jersaq l-aktar viċin li jiftaħ l-iskor.

B’dan id-draw Liverpool ikollhom jistennew żewġ partiti oħra biex jsiru champions minkejja l-vantaġġ ta’ 23 punt li għandhom fil-quċċata tal-klassifika bl-eqreb tim tagħhom Manchester City ikun impenjat għada kontra Burnley.

Premier League

Illum: Newcastle v Sheffield United 3-0, Aston Villa v Chelsea 1-2, Everton v Liverpool 0-0, Għada: Manchester City v Burnley 9.00pm