Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Keith Schembri saħaq li issa wasal iż-żmien li toħroġ il-verità kollha.
Dan hekk kif għada mistenni jixhed fil-kumpilazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Ħafna qed jistaqsu x’ried ifisser b’dan l-eks Chief of Staff ta’ Kastilja fi żmien meta Joseph Muscat kien Prim Ministru. Dan hekk kif din mhux l-ewwel darba li Schembri se jixhed fil-qorti u għalhekk kienu ħafna dawk li staqsew għalfejn Schembri ma ħariġx il-verità kollha diġa’ meta kien taħt ġurament.
//= $special ?>