Coronavirus Sport Sport Ieħor

AĠĠORNATA: Il-finali tal-Adria Tour ikkanċellata wara li Dimitrov ħareġ pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Il-finali tal-Adria Tour ġiet ikkanċellata wara li t-tennista Grigor Dimitrov ittestja pożittiv għall-coronavirus. Dimitrov fl-aħħar jiem ħa sehem fit-tournaments li huma parti mill-Adria Tour li saru fis-Serbja u l-Kroazja.

Is-Sibt hu lagħab kontra Borna Coric fejn tilef f’sets konsekuttivi. Hu ħabbar din l-aħbar biex kull minn kellu kuntatt miegħu jagħmel it-test u jieħdu l-prekawzzjonijiet meħtieġa. Hu skuża ruħu għal ħsara li seta’ għamel filwaqt li qal li jinsab id-dar jirkupra.