Formula 1 Sport

Hamilton iniedi kummissjoni biex ikun hemm aktar diversità fil-motorsport

Is-sitt darbiet champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton, ħabbar li se jniedi kummissjoni fil-motorsport biex jgħin id-diversità. Din l-aħbar kienet żvelata minn ġurnal prominenti fl-Ingilterra fejn qalu li Hamilton kien ilu għal żmien twil jaħdem mal-Akkademija Ingliża tal-Inġiniera biex tkun tista’ tinħoloq din il-kummissjoni.

L-Ingliż ta’ 35 sena li fl-aħħar jiem tkellem dwar l-esperjenzi ta’ razzismu li affaċja tul ħajtu, qal li minkejja s-suċċess li kiseb fil-Formula 1, l-isport tal-motorsport xorta naqas milli jkun inklussiv. Hamilton huwa l-ewwel champion tal-Formula 1 b’kulur tal-ġilda skur u fl-aħħar jiem kien fuq quddiem nett fil-kampanja ‘Black Lives matter’

L-irwol prinċipali tal-kummissjoni se jkun li tinkoraġixxi biex aktar żagħżagħ li ġejjin mill-oqsma tax-xjenza, teknoloġija u matematika jersqu l-quddiem biex jagħtu l-kontribut tagħhom. Hamilton qal li meta jħares lura aktar il’ quddiem hu jrid jara li kull persuna jkollha l-opportunità li jixraqilha.