Lokali

IL-QTIL TA’ CARUANA GALIZIA: Keith Schembri se jixhed għada

Ritratt: Melvin Theuma flimkien ma' Keith Schembri f'Kastilja.

L-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri se jkun qed jixhed għada fl-10am fil-kumpliazzjoni kontra l-imprenditur Yorgen Fenech.

Fil-Qorti, Schembri ssemma kemm ‘il darba fir-recordings tal-middleman Malvin Theuma. L-eks Chief of Staff kien ukoll fil-laqgħat sensittivi tal-investigaturi, fejn kienet tingħata informazzjoni dwar fiex waslu l-investigazzjonijiet.

Dan u iktar fost allegazzjonijiet u manuvri oħra li ħarġu fl-aħħar xhur fejn b’xi mod jew ieħor hemm imdaħħal Schembri.