Futbol Sport

Inter isaħħu t-tielet post tal-klassifika

(Ritratt: EPA)

Inter irrispondew għar-rebħa li wettqu Atalanta ftit qabilhom meta f’San Siro għelbu lil Sampdoria  2-1. Inter għamlu l-intezzjonijiet tagħhom ċari u wara biss għaxar minuti huma marru fil-vantaġġ permezz ta’ ROMELU LUKAKU wara azzjoni tajba maħduma bejnu u bejn Eriksen. Inter komplew jiddominaw il-pusses u fit-33 minuta, LAUTARO MARTINEZ żied it-tieni gowl meta mill-viċin tefa’ ġewwa wara cross tajjeb ta’ Antonio Candreva.

Sampdoria ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima resqu viċin li jnaqqsu d-distakk meta Gaston Ramirez approfitta minn żball ta’ Gagliardini iżda minn pożizzjoni tajba tefa’ barra. Fit-tieni taqsima Sampdoria ħarġu aħjar u fit-52 minuta daħlu fil-partita wara li d-daqqa ta’ ras ta’Colley ħabtet mal-lasta bil-ballun jaqa’ f’saqajn MORTEN THORSBY li mill-viċin ma falliex. Inter komplew jiddefendu tajjeb il-partita biex kisbu tliet punti importanti.

Serie A

Illum: Atalanta v Sassuolo 4-1, Inter v Sampdoria 2-1, Għada: Fiorentina v Brescia 7.30pm, Lecce v Milan 7.30pm, Bologna v Juventus 9.45pm