Ekonomija Lokali

Jeħtieġ li l-MCESD ipoġġi pressjoni fuq il-Gvern – MEA

Hemm bżonn li l-unions u l-Korpi Kostitwiti fl-MCESD jitfgħu pressjoni fuq il-Gvern ta’ Robert Abela sabiex jieħu azzjoni qabel ikun tard wisq.

Hekk stqarret l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) fi stqarrija iebsa maħruġa tard illejla. L-Assoċjazzjoni qed ittenni l-bżonn ta’ riformi serji, ħalli l-Gvern ma jibqax iniżżel lill-pajjiż fil-kaos.

L-MEA twissi wkoll dwar membri fil-Gvern li huma qrib xibka kriminali. Dan dejjem skont l-akkużi serjissimi li ħerġin mill-Qorti, ġurnata wara l-oħra.

Mingħajr ma semmiet każi speċifiċi, l-MEA qalet li dawn l-iskandli qed ikollhom riperkussjonijiet kbar fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż.