Internazzjonali

Jinqatlu tliet persuni f’attakk b’sikkina

Tliet persuni nqatlu u tlieta oħra ndarbu serjament wara li qalgħu diversi daqqiet ta’ sikkina f’park f’Reading fir-Renju Unit is-Sibt filgħaxija. L-attakk seħħ fil-Ġonna ta’ Forbury għall-ħabta tas-19:00. 

Raġel ta’ 25 sena, minn Reading, ġie arrestat fuq il-post fuq suspett ta’ qtil u bħalissa jinsab taħt arrest. Sorsi tas-sigurtà qalu li r-raġel arrestat hu maħsub li hu Libjan.

Il-pulizija mhumiex qed jittrattaw l-inċident bħala wieħed terroristiku iżda ssejħu uffiċjali tal-kontroterroriżmu sabiex jinvestigaw.