Futbol Sport

Joe Hart se jħalli lil Burnley fl-aħħar ta’ dan ix-xahar

(Ritratt: EPA)

Il-gowlkiper internazzjonli Ingliż Joe Hart se jħalli lil Burnley fl-aħħar ta’ dan ix-xahar wara li naqas milli jilħaq ftehim dwar kuntratt ġdid. Hart issieħeb ma’ Burnley għas-somma ta’ €4 miljuni fl-2018. Hu lagħab tliet partiti għal Burnley dan l-istaġun.

Ma’ Burnley, hu kellu kompetizzjoni minn żewġ gowlkipers Ingliżi oħra, Tom Heaton u Nick Pope, b’dan tal-aħħar jkun l-ewwel għażla tal-kowċ Sean Dyche. Matul il-karriera tiegħu, Hart lagħab 75 darba għat-tim Nazzjonali Ingliż kif ukoll rebaħ żewġ kampjonati ma’ Manchester City.