Futbol Sport

Jonathan Pearson jissieħeb ma’ Sirens

(Ritratt: EPA)

Sirens komplew iħejju l-iskwadra għall-ewwel esperjenza tagħhom f’kompetizzjoni Ewropeja meta ħabbru l-akkwist tad-difensur Jonathan Pearson. Fl-aħħar tliet staġuni Pearson kellu esperjenza ma’ Sliema Wanderers wara li ssieħeb magħhom mingħand Hibernians.

Id-difensur ta’ 33 mhuwiex l-ewwel akkwist ta’ Sirens f’dan is-suq ta’ trasferimenti wara li fl-aħħar ġranet wettqu diversi akkwisti li se jservu ta’ għajnuna kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-Kampjonat Premier wara li fl-istaġun li għadda temmew fir-raba’ post.

Din l-aħbar kienet żvelata mill-paġna tal-programm Repaly fl-aħħar jiem, Pearson fil-Kampjonat Premier iddebutta fl-2005 fejn minn dakinhar lagħab aktar minn 200 partita.