Sport

L-aħħar programm Sport Extra f’din l-iskeda

Il-programm Sport Extra tal-lum se jkun l-aħħar wieħed fl-iskeda għal dan l-istaġun ta’ sport. Bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli, fl-ewwel fażi tal-programm se tingħata importanza liċ-ċikliżmu, b’mod partikolari dwar il-Giro d’Italia. Mistieden fil-programm Gilberto Simoni, wieħed mill-protagonisti fl-istorja tal-Giro, rebbieħ ta’ żewġ edizzjonijiet fl-2001 u fl-2003.

Fit-tieni parti, il-mistieden huwa Bertu Camilleri, sinonimu mal-boxing lokali bi storja u esperjenzi ta’ aktar minn 50 sena. Sport Extra tal-lum jixxandar fuq Net Television fl-4.50pm.