Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara li kienet involuta f’argument f’San Pawl il-Baħar

Mara mill-Ungerija ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar, kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li kienet involuta f’argument fi Triq il-Majjiera San Pawl il-Baħar. L-argument seħħ gall-ħabta tal-kwarta ta’ dalgħodu.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn sabu mara ta’ 45 sena li kellha xi ġrieħi viżibbli. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 43 sena mill-Islovakkja u l-mara ta’ 45 sena mill-Ungerija kellhom argument ma’ raġel ta’ 26 sena mill-Maċedonja. Huma kollha joqogħdu f’San Pawl il-Baħar.

Jidher li r-raġel ta’ 26 sena tefa’ oġġett iebes lejn iż-żewġ persuni l-oħra
u laqat lill-mara. Ir-raġel ta’ 26 sena ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Floriana għall-aktar stħarriġ. Aktar tard il-mara ta’ 45 sena ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.