Lokali

Qisna karozza bla GPS – Evarist Bartolo

Din il-ġimgħa Bartolo diġa' stqarr li ninsabu "eklissi politika"

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo saħaq li l-Partit Laburista jrid mhux biss ineħħi jew jibdel l-affarijiet ta’ barra iżda jrid “ibiddel it-taħsir li hemm fuq ġewwa”.

Il-messaġġ miktub mill-Ministru li ta’ spiss jitfa’ messaġġi bħala botta lill-Partit Laburista, kompla jgħid li ”ma nistgħux inkunu l-paraventu li warajna jinħbew erba’ nies tal-flus bla skruplu jaħtfu l-ġid u l istituzzjonijiet tal-pajjiz għall-interessi personali taghhom.”

Huwa qal li l-Partit Laburista ma jistax ikun karozza mingħajr GPS, bla direzzjoni.