Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri xi ġrieħi f’inċident fir-Rabat

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi ħfief wara inċident tat-traffiku li seħħ ma’ karozza fi Triq Dingli, fir-Rabat nhar il-Ġimgħa li għadda għall-ħabta ta’ 2pm.

Jidher li l-mutur kien qed isuq fl-imsemmija triq direzzjoni lejn Ħad-Dingli meta għal xi raġun kien hemm impatt ma’ karozza tat-tip Mazda Demio li kienet ħierġa minn triq fil-ġenb.

Fuq il-post marru Pulizija tad-Distrett u ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur, Dingli ta’ 78 sena l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li s-sewwieqa tal-karozza, mara ta’ 77 sena minn Naxxar ma sofriet l-ebda ġrieħi.