Sport Sport Ieħor

Traġedja fil-kompetizzjoni tas-superbikes fl-Ingilterra

Ben Godfrey ta’ 25 sena tilef ħajtu f’avveniment tal-British Superbike li kien qiegħed isir f’Donington Park fl-Ingilterra.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li Godfrey kellu impatt ma’ mutur ieħor qabel ma nqeleb minn fuq il-mutur tiegħu. Minkejja l-isforzi kollha li sar, Godfrey tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li sofra.

Is-sena l-oħra Godfre ħa sehem fi 24 Hours of Le Mans u kien mistenni jieħu sehem fid-Ducati Performance TriOptions Cup. Malli ħarġet l-aħbar bosta sewwieqa u persuni oħra urew id-dispjaċir tagħhom għal din it-traġedja.