Sport Sport Ieħor

Zanardi stabbli iżda f’kundizzjoni serja

(Ritratt: EPA)

L-eks sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi għadu f’kundizzjoni serja minkejja li jinsab f’qagħda stabbli wara li nhar il-ġimgħa sofra ġrieħi serji f’rasu f’inċident waqt kompetizzjoni tal-handbike fi Siena l-Italja.

Fl-2001, Zanardi kien involut f’inċident serju f’tellieqa taċ-Champ Car u kien tilef saqajh it-tnejn. Minn dakinhar hu ma qatax qalbu u beda jikkompeti f’kompetizzjonijiet tal-handbike fejn l-atleti li jkollhom abbiltajiet differenti jtellqu permezz ta’ roti apposta li jinstaqu bl-idejn.

Fl-aġġornament li qiegħed isir kuljum mill-isptar Le Scotte ta’ Siena, t-tobba qalu li minkejja li Zanardi jinsab f’kundizzjoni stabbli ma jeskludux li l-kundizzjoni tat-Taljan ta’ 53 sena tista’ tinbidel fis-siegħat li ġejjin. Zanardi huwa wieħed mill-aktar atleti ta’ ispirazzjoni fejn wara l-aċċident li kellu fl-2001 hu baqa’ pożittiv u attiv.