Lokali

Adrian Delia f’laqgħa urġenti mal-President Vella

Diskussi l-aħħar żviluppi relatati mas-sitwazzjoni politika f’pajjiżna

It-Tnejn filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kellu laqgħa b’urġenza mal-President tar-Repubblika George Vella fil-Palazz ta’ San Anton wara talba li saret minn Adrian Delia innifsu.

Il-laqgha serat fl-isfond tar-rivelazzjonijiet li ħarġu fil-beraħ fl-aħħar jiem, ankè b’rabta mal-iskandlu tal-Montenegro u l-miljuni li ghaddew ghand 17 Black.

Dwar din il-laqgħa fil-Palazz ta’ San Anton, tkellimna mal-Kap tal-PN Adrian Delia.

Adrian Delia spjega li mhux qiegħed jeskludi li jkollu jerġa’ jitlob laqgħa formali mal-President għal aktar diskussjoni. Il-Kap tal-PN qed jibqa’ jinsisti illi dan huwa ż-żmien fejn flimkien irridu niddefendu isem pajjiżna għal uliedna…u rridu nqumu flimkien biex innaddfu isem Malta mill-ħmieġ li daħħalna fih il-Gvern, qabel ma jkun tard wisq.