Lokali

Protesta titlob għall-verità u l-ġustizzja

LIVEIl-protesta ta' Repubblica minn quddiem il-Parlament

Gepostet von NET News am Montag, 22. Juni 2020

“Irridu l-verità… irridu l-ġustizzja”

Din kienet l-għajta ta’ għadd ta’ persuni fil-Belt Valletta, propju quddiem il-Parlament fejn inġabru fid-dawl tal-aħħar żviluppi li seħħew matul din il-ġimgħa.

Huma qed jisħqu li ma jridux li Malta tkompli tegħreq fil-ħmieġ tal-korrotti. Il-protesta qed issir quddiem il-Parlament hekk kif suppost fih l-aktar nies t’integrita fil-pajjiż iżda minflok fih l-aktar nies korrotti u kriminali.

Huma qed iħeġġu lill-poplu Malti kollu biex f’dan il-mument tal-prova juru li l-korruzzjoni u l-maħmuġin m’għandhomx post ġewwa pajjiżna.