Coronavirus Lokali

Il-Fiera l-Kbira ta’ din is-sena mhux se ssir

Minflok, se ssir Festa Maltija f’Settembru

Il-Fiera l-Kbira ta’ din is-sena mhux ser issir. Dan tħabbar mill-organizzaturi f’post fuq il-media soċjali fejn ingħad li għalkemm l-ispazju jippermetti distanzi soċjali u saru pjanti ġodda biex jinkludu l-miżuri suġġeriti mill-awtoritajiet u l-esebituri, l-organizzaturi ħassu li ma jkunux responsabbli jekk il-fiera issir issa.

Il-Fiera l-Kbira ilha għal dawn l-aħħar snin tittella’ fil-kumpless MonteKristo f’Ħal Farruġ u tattira iktar minn 100,000 persuna kull sena.

“Jidher li għadu kmieni wisq biex ingawdu flimkien” qalu l-organizzaturi u għaldaqstant il-Fiera l-Kbira se ssir is-sena d-dieħla. Madanakollu, l-organizzaturi qalu li se jorganizzaw “Festa Maltija” bejn is-7 u t-13 ta’ Settembru.