Futbol Sport

Il-gowlkiper veteran Stekelenburg jirritorna ma’ Ajax

(Ritratt: EPA)

Ajax ħabbru li akkwistaw lill-eks gowlkiper internazzjonali Olandiż Maarten Stekelenburg b’kuntratt ta’ sena. L-eks Everton li għandu 37 sena, b’hekk se jkun qed jirritorna mal-klabb li miegħu għamel id-debutt lura fl-2002.

Stekelenburg lagħab 282 logħba ma’ Ajax u rebaħ tliet kampjonati. Fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Roma, Fulham, Monaco u Southampoton qabel lagħab l-aħħar erba’ staġuni ma’ Everton. Mat-tim nazzjonali Olandiż, Stekelenburg lagħab 58 logħba u fosthom lagħab fit-Tazza tad-Dinja tal-2010.