Lokali Parlament

Il-PL ittradixxa lil min ivvotalu

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-PL ittradixxa lil min ivvotahom.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li l-Ministru Evarist Bartolo qed jikteb li ninsabu fl-eklissi; issa ilna fl-eklissi. Il-poplu jrid azzjoni f’dan il-mument surreali, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-PL mimli taħwid. Fil-PL kollox qisu xejn m’hu xejn fejn il-Ministru Bartolo jibki biki tal-kukkudrilli iżda ma jagħmel xejn.

Dak li ħiereġ hu konferma ta’ dak li kien diġà magħruf. Mhux ta’ b’xejn qed isiru u kienu jsiru l-protesti, il-PN jinsab fuq in-naħa t-tajba tal-istorja.

Iva Bartolo kompla li hu d-dover tal-poplu li ma jibqax passiv bħall-Ministru Bartolo li għandu jkun raġel li jaġixix il-vot tiegħu. Il-PL għandu tenibbli li jibqa’ jiggverna? Għandhom jeġgħu jirbħu l-elezzjoni?

Il-PL jirbaħ għax uża flus il-poplu u għax seraq lill-poplu u tradew lil Malta. Imlew buthom u ħallew 90,000 fil-faqar, 11,000 bla xogħol, nies jgħixu fil-garaxxajiet, nies jieklu mill-food banks, familji jumiljaw ruħhom bix-xirjiet u kulħadd iqqasam il-hot meals.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-verità din hi r-roadmap; dan hu tradiment u serq. Hu fakkar kif Joseph Muscat kien qal li ma jistax ifaddal iżda n-nies tal-qalba saru sinjuri inkluż il-mara ta’ Konrad Mizzi. Intuli morru ngħumu!, irrimarka Ivan Bartolo, li kompla li għada aħjar hi għall-but il-Laburisti.

L-uniku konsolazzjoni hi li xejn ma jibqa’ fid-dlam għax il-gvern libes ġlekk u ħammġu. Ħasbu li gideb jipproteġiehom, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-Prim Ministru għandu jiftaħar li kien il-konsulent legali ta’ Muscat.

Ivan Bartolo slelem lil Daphne Caruana Galizia kienet diġà kitebt dak li qed jirriżulta llum; il-PL ma ħaqqhomx ikomplu jiggvernaw. Ma jafux jistħu! Ftaħru bil-€108,000 li s-sidien tal-Captain Morgan taw lill-PL; nittama li din tkun investigata.

Il-PL m’għadux kredibbli; m’għandhomx awtorità morali u ma jixirqilhomx jiggvernaw. Il-PL jiddieħek bl-etika morali u bil-prinċipji u tradixxa lil min ivvotalhom.