Il-futbol Taljan jinsab għal darba oħra f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Pierino Prati. L-eks attakkant ta’ Fiorentina u Milan u Roma kien ilu marid u miet fl-età ta’ 73 sena. Hu kien parti mit-tim nazzjonali Taljan li fl-1968 rebaħ il-Kampjonat Ewropew u mit-tim li spiċċa finalist fit-Tazza tad-Dinja tal-1970.
Imwieled fit-13 ta’ Diċembru tal-1946, Prati beda l-karriera ma’ Salernitana u lagħab ma’ Milan bejn l-1967 u l-1973 b’total ta’ 72 gowl f’141 logħba. Fost il-gowls li skorja, Prati sab ix-xibka tliet darbiet fil-finali tat-Tazza taċ-Champions fl-istaġun 1968/69 kontra Ajax. Ma’ Milan rebaħ darba s-Serie A, darbtejn il-Coppa Italia, it-Tazza taċ-Champions, darbtejn it-Tazza tat-Tazzi u t-Tazza Interkontinentali.
Hu kompla l-karriera ma’ Roma u lagħab magħhom sal-1977 bi 28 gowl fi 82 logħba. Fl-aħħar snin tal-karriera lagħab ma’ Fiorentina, Rochester Lancers u Savona f’żewġ okkażjonijiet.
//= $special ?>