Raġel ta’ 63 sena sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza f’Tas-Sliema.
Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3p.m. fi Triq il-Lunzjata. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari irriżulta li r-raġel waqa’ minn fuq sellum.
Tim mediku ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>