Manchester City kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva kemm ilu li rritorna l-Premier League meta ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Burnley 5-0. B’hekk ma ppermettewx lil Liverpool li jirbħu l-kampjonat fil-konfront li jmisshom.
Phil Foden fetaħ l-iskor wara 22 minuta b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa, b’Riyad Mahrez jirdoppja fit-43 minuta b’xutt djagonali fil-baxx. L-istess plejer għalaq il-logħba qabel tmiem l-ewwel taqsima bit-tielet gowl minn penalty.
Fit-tieni taqsima baqgħu ġejjin il-gowls għat-tim ta’ Pep Guardiola. Il-veteran David Silva kompla għal ġewwa kross ta’ Bernardo Silva biex għamel l-iskor 4-0 u ż-żagħżugħ Foden skorja l-ħames gowl fit-63 minuta.
//= $special ?>