Lokali

L-elezzjoni għad-Deputy Leader tal-PL fit-18 ta’ Lulju

Il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-PL se titlaqqa’ fis-26 ta’ Ġunju bl-elezzjonijiet għall-Deputat Mexxej u l-membri tal-amministrazzjoni jsiru fit-18 ta’ Lulju. Dan tħabbar mill-PL fi stqarrija.

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista se tkun qed tikkomunika aktar dettalji fil-ġranet li ġejjin. Waqt l-istess laqgħa tal-Eżekuttiv, ġew approvati 9 kandidati għall-elezzjoni ġenerali – Joe Sammut, Sean Apap Meli, James Grech, Keith Tanti, Felix Galea Bususttil, Fleur Vella, Oliver De Gaetano, Matthew Vella u Romilda Baldacchino Zarb.

Intant, il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista se jkun qed jiddiskuti l-bidla fl-istatut biex Deputy Leader ma jkunx deputat Parlamentari.