Lokali

L-iskandlu tal-windfarms fil-Montenegro qasam il-Kabinett

10 t’ijiem qabel ma nxtraw il-windfarms fil-Montenegro mill-Enemalta, il-kumpanija Nexia BT kienet qed tlahham il-pjan dwar il-kumpaniji sigrieti fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri …u r-rabta taghhom ma’ 17 Black.

Mid-deal tal-Montenegro, is-sid ta’ 17 Black, Yorgen Fenech daħħal €4.6 miljun. Dan ħareġ minn evidenza żvelata mill-Aġenzija Reuters u mit-Times of Malta.

Fil-fatt, l-allegat kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, daħħal €4.6 miljun fi profitt permezz tal-kumpanija tiegħu 17 Black wara d-deċiżjoni tal-Enemalta li tixtri windfarm fil-Montenegro.

Iżda quddiem dawn il-provi kollha, Joseph Muscat qed jinsisti li bħal donnu ma jaf b’xejn.

Imdaħħal f’dan id-deal kien hemm ukoll l-eks Ministru Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff Keith Schembri.

Għad-domandi ta’ Net News, id-deputati tal-Gvern dehru skomdi jwieġbu dwar x’azzjoni għandha tittieħed fil-konfront ta’ Joseph Muscat u Konrad Mizzi.

Id-Deputat Prim Ministru għażel li jidħol minn bieb ieħor biex jevita li jwieġeb dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela fil-konfront ta’ Muscat u Mizzi.