Lokali

Keith Schembri jgħid li Muscat qallu biex iċempel lil Yorgen Fenech ħalli ma jaħrabx

13:38 – Il-prosekuzzjono ttemm l-interrogazzjoni tagħha.

13:37 Il-Qorti tgħid li dawn mhumiex mistoqsijiet pertitienti u tordna lix-xhud ma jweġibx.

13:35 – Arnaud issa qed jistaqsi dwar l-arresta ta’ Schembri, meta kien qal li tilef l-mobile. Schembri jgħid “misplaced”.

13:33 – Il-Qorti tistaqsi “fejn kien Yorgen Fenech fil-ġranet qabel ġie arrestat?”, Schembri jwieġeb li kien Għawdex u li din l-informazzjona tahielu t-Tabib Vella, li qallu wkoll li wasslu hu stess.

13:30Mistoqsi min eżatt, Keith Schebmri jgħid li kien il-Prim Ministru li ċempillu u qallu li Yorgen kien se joħroġ bid-dgħajsa u biex iwaqqfu milli jitlaq.

13:28 – Schembri jiġi mistoqsi min kien infurmah li Fenech kien beħsiebu jaħrab bid-dgħajsa. Keith Schembri jgħid li “l-Istat infurmani”.

13:25 – Il-Qorti tistaqsi kif kien jaf kemm kien hemm versions tal-proklama. “Kulħadd kien jaf… il-leaks li kien hemm kienu inkredibbli”. Schembri jgħid li kulħadd kienjaf li kien hemm ħafna versions.

13:23 – Il-Qorti tistaqsi lil Schembri jekk kienx ra l-proklama. Schembri jgħid li kien għaddej minn quddiem l-uffiċju tal-Prim MInistru, u quddiem il-bieb kien hemm Ray Barbara u kellu f’idejh il-proklama għall-firma tal-Prim Ministru. “…kien hemm ħafna versions tal-proklama ta’ Melvin Theuma. Ma kienx hemm verison waħda…”

13:15 – Schembri jgħid li kien jaf li hemm suspett fuq Yorgen Fenech madwar 4 xhur qabel kien arrestat Melvin Theuma. “…u ssemmew ħafna iktar ismijiet…nies li ħarġu, u nies li qatt ma ssemmew”

13:05 – Jicħad kategorikament li hu qatt ta ittri lit-tabib biex jgħaddihom lil Fenech. Il-Qorti twissih li hu jrid jgħid il-verità. Tfakkru li ħaddieħor taħt ġurament xehed mod ieħor Schembri jistaqsi lill-Qorti jekk it-tabib xehedx quddiema. Il-Qorti twissih li hu ma jistax jistaqsi mistoqsijiet lill-Qorti.

13:00 – Schembri jgħid li lit-tabib Adrian Vella ilu jafu madwar 7 snin. Hu t-tabib tal-familja. Jgħid li l-familja Fenech kienet irrikkmandatulu.

12:50 – “Yorgen Fenech kien wieħed minn dawk il-ftit niex fin-negozju li qatt ma talabni xejn….kellu imperu… żgur ma kellux bżonn għajnuna”.

12:49 – Mistoqsi dwar ir-recordings fejn Yorgen jgħid li Schembri jidħol fin-nar għalih… Schembri jgħid “..jien lill-ħbieb tiegħi nidħol fin-nar għalihom… that’s my character..”

12:48Schembri jgħid li l-Maltatoday kienu avżati li kien se jsir l-arrest ta’ Fenech. Jgħid li Salvu Balzan ikkonfermalu dan. Jgħid li Balzan qallu “stajt tgħidli…?”

12:46 – Il-Qorti tistaqsi lil Schembri “huwa minnu li dawn kollha li tkellmu fuqek mhux qed jgħidu s-sewwa…? Schembri jiċħad għal darba darbtejn l-involviment tiegħu.

12:45 – Mistoqsi dwar il-fatt li Fenech qal lil Theuma li Schembri kien itih l-informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet, Schembri jgħid “żgur li le”. Jinsisti li fuq dan id-delitt, “aħna qatt ma tkellimna”.

12:44 – Mistoqsi jekk qatt iddisktiex dal-każ ma’ xi ħadd, hu qal li “lanqas mal-mara tiegħi qatt ma ddiskutejtu”.

12:43 – Schembri jgħid li Yorgen Fenech QATT ma semmhielu xejn dwar dan il-każ.

12:42 – Keith Schembri jinwera’ l-famuża ittra ta’ Melvin Theuma fejn fiha allega li Schembri kien involut fl-assassinju tal-ġurnalista. Schembri jgħid li Arnaud u Zahra kellmuh lil Theuma u saqsewh fuqha.

12:41 – “Jien qatt ma tkellimt ma’ Kenneth Camilleri fuq bail għal Yorgen. u qatt ma semmhieli lil Melvin Theuma.”

12:37 – Schembri jgħid li d-data tal-arrest ta’ Fenech kien jafha.. “kien hemm xi 10 minn nies fil-kamra… ” jirreferi għall-laqgħa fejn ġie diskuss l-arrest.

12:34 – Schembri jitkellem dwar ir-recordings li sema’. Jgħid li d-dettalji dwar il-Koħħu li ssemmew fir-recordings, hu qatt ma kien jafhom.

12:33 – Il-Qorti tinnota li Schembri kien mhux biss jorganizza l-meetings imma anke jipparteċipa. “Mhux dejjem…high level meetings kien hemm drabi meta ma dħaltx…”

12:31 – Schembri jitkellem bilmod ħafna meta mistqosi kienx preżenti għall-meeting fejn ġiet diskussa l-proklama lil Vince Muscat. “Kont.. preżenti… meta ħareġ li Muscat ried jitkellem..”

12:29 – “Owen Bonnici kien close ħafna tal-AĠ… ” Schembri jgħid li għalhekk l-eks MInistru tal-Ġustizzja kien ikun preżenti għal- laqgħat.

12:22 – Dwar ir-recordings li fihom jisssemma x’qal Vince Muscat lill-Pulizija, l-avukati jistaqsu lil Schembri x i jwieġeb għall fatt li f’dawn ir-recordings Fenech jinstema’ jagħti informazzjoni dwar dak li qal il-Koħħu lill-Pulizija.

12:20 – Fir-recordings xi ħadd (allegatament Yorgen Fenech) jgħid lil Melvin Theuma li Schembri kesaħ meta sema’ bid-delitt. Schembri jiċħad li Fenech qatt kellmu fuq id-delitt. “Lili qatt ma qalli li għamel dan l-omiċidju… lili qatt ma semmhieli delitt…”

12:19 – Schembri qed jiċħad li qatt xi darba ddiskuta l-bail tad-Degiorgios. Dan imur kontra x-xhieda li ta Melvin Theuma.

12:17 – Mistoqsi jekk Kenneth Camilleri kienx iċempillu lilu, Schembri jgħid li rari ħafna.

12:16 – Mistoqsi dwar ir-recordings, Schembri jgħid li hu semagħhom ir-recordings. Dan waqt l-interrogazzjoni mill-Pulizija.

12:13 – Jgħid li ma kienx jaf min huma id-Degiorgos u l-Koħħu qabel issemmew fil-media. Jgħid li ma jafx min hu Mario Degiorgio, ħu l-aħwa Degiorgio.

12:12 – Schembri jgħid li ma jafx lill-aħwa Degiorgio u lil Vince Muscat u li qatt ma kellu kuntatt magħhom dirett jew indirett.

12:11 – Schembri jgħid li Fenech darba kien jgħidlu wassalni Melvin, imma hu ma kienx jaf min hu.

12:10 – Mistoqsi jekk Yorgen Fenech kienx jaf lil Kenneth Camillier, Keith Schembri jgħid li le.

12:06 – Schembri jgħid li Fenech kien jgħidlu li politiċi kienu jitolbuh il-flus, imma qatt ma xehed dan b’għajnejh.

12:01 – Il-Qorti tistaqsi jekk kienx hemm politiċi preżenti. Schembri jgħid li jaf li kien ikun hemm politiċi… imma mhux meta kien prezenti hu.

11:59 – Fix-xhieda Schembri jgħid li għall-ikliet għand Fenech kien ikun hemm businessmen, investituri u Pulizija. Schembri jgħid “…ħa ngħidha għax ħarġet… darba minnhom kien hemm Silvio Valletta”.

11:58 – Schembri jgħid li kieku ra lil Melvin ma kienx jgħarfu.Ċert biss li rah l-uffiċju tiegħu f’Kastilja.

11:56 – Fit-tweġiba tiegħu lill-Qorti jgħid li ma jiftakarx li ra lil Theuma xi darboħra barra Kastilja… imma ma jeskludix.

11:55 – “Aħna kelna open door policy… xtaqna nibqgħu dejjem viċin in-nies”

11:54 – Dwar meta mar għandu Theuma, jgħid li hu jkollu lista ta’ nies li jkunu se jiġu għandu dakinhar…. lista ta’ xi 10 minn nies kuljum.

11:53 – Keith Schebmri jingħata kopja tar-ritratt tiegħu ma’ Theuma. Jiġi mistoqsi meta kien meħud. Jgħid li fil-bidu tal-2017.

11:52 – Schembri jgħid li Theuma għamilha ċara mal-investigaturi li l-ittra fejn akkuża lil Schembri f’rabta mal-assassinju li lilu kien semmih għax kien persuna importanti.

11:51 – Keith Schebmri jgħid li ma rrikkomandax li jingħata job. Għaddieh biss lill-Customer Care.

11:50 – Meta ħareġ Melvin Theuma minn Kastilja ma nafx jekk kinex ingħata job. Hu kien talabni job li jkun.

11:49 – “Melvin Theuma ried ritratt quddiem ir-ritratt tal-Prim Ministru. Issa qed nagħmel one plus one”

11:48“Illum ikkonvinċejt lili nnifsi li lil Melvin Theuma ma bgħatu għadni ħadd….

11:40 – Keith Schembri jammetti li l-kumpanija sigrieta tiegħu fil-Panama kienet marbuta ma’ 17 Black; jistqarr li ma kienx jafda l-banek Maltin.

17 Black niżżiltha bħala target client għaliex Fenech hu ħabib tal-qalb.

11:21 – Mistoqsi dwar kemm ilu ħbieb ma’ Yorgen Fenech, jgħid li ilu ħabib tiegħu mindu kellu xi 13-il sena. Jgħid li reġgħu sare ħbieb lejn l-2010.

11:18 – Jitla fuq il-pedana Keith Schembri

11:15 – Keith Schembri jitla’ fuq il-pedana u jagħżel li jixhed

11:09 – Il-Maġistrat Rachel Montebello tgħid li jekk ix-xhud f’dan l-istadju qed jitqies suspettat, għandu d-dritt jibqa’ sieket. Jekk le, irid jixhed.

11:08 – L-Avukati tal-AĠ jgħidu li f’dal-proċess għadu għaddej l-analiżi tad-data, għax huma affarijiet li jixtiequ jitkellmu fuqhom max-xhud wara li jkunu verifikati.

11:07Il-Qortit tinsisti li tistaqsi jekk ix-xhud hux meqjus bħala soġġett għal investigazzjoni.

11:05 – L-Avukati tal-AĠ jwieġbu li meta staqsew lill-Pulizija jekk hux qed iqisu lil Schembri bħala suspettat, il-Pulizija qalet li għadhom ma jistgħux jgħidu jekk ix-xhud hux suspettat.

11:04 – Il-Qorti ssaqsi jekk ix-xhud, jiġifieri Keith Schembri, hux persuna li hija soġġetta għall-proċeduri bħalissa. Jiġifieri qed issaqsi jekk Keith Schembri bħalissa hux meqjus suspettat f’dan il-każ.

11:03 – L-Avukati mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali qed jitolbu li tiġi sospiża xi xhieda llum ghax “qas aħna ma nafu eżatt x’hemm”

11:00 – Il-Qorti tgħid li qrat id-digriet tagħha tad-19 ta’ Ġunju 2020 wara r-rikors tal-imputat fit-12 ta’ Ġunju u caħdet ir-rikors ta’ Yorgen Fenech.

10:58 – Qed jiġu ppreżentati t-traskrizzjonijiet tar-recordings li saru

10:52 – Il-Qorti qed taħtar espert biex jagħmel eżerċizzju ta’ optimiztaion sabiex ittejjeb il-kwalità tar-recordings, bħal ma sar f’istanzi oħra. Meta dan isir terġa’ ssir it-traskrizzjoni.

10:51 – Il-Maġistrat Rachel Montebello tidħol fl-Awla.

10:48 – Biex jiġu akkomodati l-bqija tal-ġuranlisti issa ddaħħlu s-siġġijiet. Kulħadd qed jipprova jifhem għalfejn ma ntużatx awla ikbar meta llum fil-Qorti hawn ħafna awli vakanti,

10:44 – Ftit tal-konfużjoni fl-awla hekk kif kelna diffikiltà biex qgħadu l-membri tal-Press kollha. Uħud spiċċaw bilwieqfa. Ħafna ġurnalisti ilhom hawn mid-9:00am. Id-deċizjoni li tinutża waħda mill-iżgħar Awli għal dan is-smigħ ħadha r-Regristrar tal-Qorti Frank Mercieca.

10:32 – Yorgen Fenech jiddaħħal fl-awla, akkumpanjat minn 6 membri tas-sigurtà.

Ma’ Keith Schembri hemm l-avukat Deborah Schembri kif ukoll il-personaġġ kontroversjali Neville Gafà.

Ilbieraħ Schembri stqarr fuq Facebook li llum se jgħid il-verità.

10:29 – illum suppost li se jixhed ukoll it-tabib Adrian Vella; infakkru li kien dan it-tabib li għadda nota lil Yorgen Fenech mingħand Keith Schembri meta dan kien arrestat f’Novembru.

Il-kumpilazzjoni qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

10:26 – il-ġurnalisti għadhom barra jistennew biex tibda s-seduta

10:25 – is-seduta tal-kumpilazzjoni se ssir f’Awla numru 9…meta Awla 22 hija vakanti. Jidher li ma hemmx post biżejjed għall-membri tal-media.

09:30 – Dalwaqt tkompli l-kompilazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Illum se tkun qed tinstema’ x-xiehda tal-eks Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri.