Milan laħqu momentarjament lil Napoli wara rebħa kbira ta’ 4-1 kontra Lecce fi Stadio Via del Mare. SAMU CASTILLEJO fetaħ l-iskor wara 26 minuta b’konklużjoni mill-ewwel wara kross ta’ Hakan Calhanoglu. Lecce ġabu d-draw fl-54 minuta meta ngħataw penalty minħabba li s-sostitut Matteo Gabbia waqqa’ lil Khouma Babacar fil-kaxxa. MARCO MANCOSU għeleb lil Gianluigi Donnarumma.
Iżda Milan reġgħu marru fil-vantaġġ ftit sekondi wara b’Gabriel isalva parzjalment ix-xutt ta’ Calhanoglu u mir-rebound kien GIACOMO BONAVENTURA li skorja mill-qrib. ANTE REBIC irdoppja l-vantaġġ żewġ minuti wara b’kontrattakk li minnu avvanza nofs pitch biex għeleb lil Gabriel. Milan issiġillaw ir-rebħa fit-72 minuta bi kross ta’ Andrea Conti mil-lemin isib lil RAFAEL LEAO li tar minn tulu biex skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin.
Fiorentina u Brescia spiċċaw 1-1 fi Stadio Artemio Franchi, riżultat li aktar iffavorixxa lil Fiorentina. Kienu Brescia li fetħu l-iskor fis-17-il minuta minn penalty ta’ ALFREDO DONNARUMMA wara li Martin Caceres waqqa’ fil-kaxxa lil Daniele Dessena. GERMAN PEZZELLA ġab id-draw fid-29 minuta b’daqqa ta’ ras b’saħħitha minn korner ta’ Erick Pulgar.
//= $special ?>