Juventus wettqu reazzjoni wara t-telfa fil-finali tal-Coppa Italia kontra Napoli b’rebħa ta’ 2-0 kontra Bologna fi Stadio Renato Dall’Ara. B’din ir-rebħa fuq jinsabu b’vantaġġ ta’ erba’ punti fuq Lazio b’logħba aktar.
It-tim ta’ Maurizio Sarri mar fil-vantaġġ fit-23 minuta meta r-referee Gianluca Rocchi bl-għajnuna tal-VAR iġġudika li Stefano Denswil ġibed u waqqa’ lil Matthijs de Ligt fil-kaxxa. Mill-11-il metru CRISTIANO RONALDO skorja t-22 gowl fil-kampjonat. L-iskor sar 2-0 fis-36 minuta bl-Arġentin PAULO DYBALA jiskorja minn barra l-kaxxa wara li rċieva bit-takkuna mingħand Federico Bernardeschi. Lejn it-tmiem tkeċċa s-sostitut Danilo għal Juventus.
Serie A
Illum: Bologna v Juventus 0-2, Fiorentina v Brescia 1-1, Lecce v Milan 1-4
Għada: Spal v Cagliari 7.30pm, Verona v Napoli 7.30pm, Genoa v Parma 9.45pm, Torino v Udinese 9.45pm
L-Erbgħa: Inter v Sassuolo 7.30pm, Atalanta v Lazio 9.45pm, Roma v Sampdoria 9.45pm
//= $special ?>