Lokali Parlament

Robert Abela assenti fil-parlament fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari

Għal seduta wara l-oħra l-Prim Ministru Robert Abela jkun assenti fil-parlament fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.

Tul dan il-ħin id-deputati miż-żewġ naħt tal-Kamra jistaqsu mistoqsijiet lill-ministru lill-Prim Ministru dwar suġġetti varji; partikolarment dwar ġrajjiet kurrenti li jkunu qed iseħħu fil-pajjiż.

Minbarra dan in-nuqqas, il-Prim Ministru ftit li xejn jipparteċipa fid-diskussjoni parlamentari tant li fl-aħħar intervent tiegħu dwar il-mini-budget dwr il-COVID-19, il-Prim Ministru għażel li ma jitkellimx dwar is-suġġet u lanqas ħa l-ħin kollu allokat lilu.

Minbaraa dan, għal diversi drabi l-Kap tal-PN Adrian Delia jinsisti fil-parlament li l-Prim Ministru stqarrijiet ministerjali dwar diveri suġġetti. Anki hawn il-Prim Ministru Robert Abela ma jweġibx l-appelli tal-Kap tal-PN u ma jagħmilx stqarrijiet ministerjali.

Dan l-istil tal-Prim Ministru li ma jkunx preżenti għall-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari u supplimentari fil-parlament qed iġib kritika fl-opinjoni pubblika għall-fatt li l-obbligu tal-Prim Ministru u tal-ministri hu fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari; bejn l-4. ul-4.30 pm huma jkunu fil-parlament biex iwieġbu l-mistoqsijiet tad-deputati. Dan il-ħin hu kkunsidrat mill-iktar importanti fil-ħidma tal-Kamra.