Lokali Parlament

Robert Abela qed jaħbi lill-kriminali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia akkuża lill-Prim Ministru Robert Abela li bil-korruzzjoni li hawn fil-pajjiż, qed jaħbi lill-kriminali.

F’diskors fil-parlament il-Kap tal-PN sostna li fil-lista tal-infieq tal-WSC għall-2020 fejn lil hinn mis-salarji, l-ikbar infieq hu fl-elettriku, ftit hemm nefqa ta’ iktar minn €10 miljuni; li hu eżatt l-istess ammont li insterqu mil-poplu biex sar investiment fittizju fil-Montengro biex il-kumpamija 17 Black għamlet il-miljuni minn dan l-iskandlu.

17 Black kellha aranġamenti mal-kumpaniji sigrieti ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi bie dawnx jaqsmu u jisolħu flimkien lill-poplu mit-taxxi. Kien hemm investiment fil-Montenegro; li l-Prim Ministru tiegħu kien l-iktar politku korrott tas-sena xi snin ilu.

Il-gvern Malti sab wkoll l-Ażerbajġan; l-iktar pajjiż korrott u bl-iktar prim ministru korrott u għamel in-negozju miegħu. Kien hemm il-kumpanija ta’ Yorgen Fenech li xtrat kumpanija għal €3 miljuni. Ġranet wara, din l-istess biċċa kumpanija, inxtrat mill-Enemalta minn flus il-poplu u n-negozjanti għall-prezz ta’ €10 miljuni.

Minn ħareġ it-€3 miljuni ħadhom lura u għamel €4.6 miljuni li tqassmu bħala profitt bejn 17 Black u permezz ta’ 17 Black lil Keith Schembri u Konrad Mizzi. Il-gazzetti lokali u internazzjonali żvelaw dan l-iskandlu nhar il-Ġimgħa li għaddiet.

Il-Ġimgħa stess, il-Prim Ministru, li f’dak il-ħin telaq ‘il barra minn parlament, qal li hu diżgustat għax qal li kien għadu kif sema’ bil-każ u appella biex jittieħdu l-passi. Il-Prim Ministru kien qqed jgħid ħaġa b’oħra bl-aktar mod trankwill; gideb lill-poplu Malti.

Dan għax jirriżulta li s-Sibt stess, il-pulizija qalet li f’Novembru 2019 l-kabinett kien informat li li kien hemm evidenza fuq id-deal korrott tal-Montenegro; Robert Abela kien ilu jaf sitt xhur u issa qed jgħid li hu diżgustat. Dan hu l-Prim Ministru li għandha llum!

Adrian Delia kompla li l-pulizija stembħu u waqt il-konferenza stampa tal-PN, il-pulzija ħarġet stqarrija li ilha tinvestiga. Dan ifisser li l-Prim Ministru kien qed jidħak bin-nies meta appella lill-puizija biex tinvestiga għax il-pulizija qalet li diġà kienet qed tinvestiga.

Il-Kap tal-PN staqsa għaliex il-Prim Ministru u l-kabinet ma marrux għand il-pulizija huma stess meta huma kienu diġà jafu. Hu kompla li Joseph Muscat kellu jirriżenja minn Prim Ministru u wara, bl-għaġġla l-PL ried jagħmel elezzjonijiet interni.

Ġara li kważi kulħadd kien jaf li Chris Fearne, bl-appoġġ ta kulħadd warajh, ma laħaqx Prim Ministru għax Robert Abela qal li se jkun hemm patt imxajtan. Robert Abela qal li se jiggarantixxi l-kontinwità; messaġġ li dak li kein qed iseħħ se jkompli jiġri u jibqa’ jipproteġi lill-kriminali li ħatfu Kastilja u lill-PL. Tant li l-ex Kummisssarju Lawrence Cutajar inżamm konsulent u Konrad Mizzi ngħata konsulenza waqt li Joseph Muscat u Konrad Mizzi għadhom deputati bil-konsegwenza li r- reputazzjoni tal-pajjiż tibqa’ tiġi kalpestata.

Il-patt imxajtan seħħ għax dak li suppost qabel kien telaq issa reġa’ sar konsulent tal-Prim Ministru Robert Abela. Qisna qiegħdin ir-Russja; biex jibqgħu jżommu kontroll u jibqgħu jżommu kollox moħbi. Dan biex ma jseħħx dak liqal il-Ministru Evarist Bartolo u min qed iħammeġ lill-PL u lil Malta jitwarrab.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li l-gvern mhux jagħti attenzjoni liż-żgħir għax mhedijin b’diviżjonijiet interni li qed iwaħħlu f’xulxin. Hu kompla li l-gvern ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għaliex il-gvern baqa’ jisraq lill-poplu mis-€96 miljun roħs fl-enerġija. Il-miljuni qed jaqsmuhom Keith Schembri u Konrad Mizzi; Robert Abela għadu m’għamel xejn għax qagħad sieket għal snin għax kien qed jieħu l-konsulenzi mill-gvern. Jekk ma kienx involut fil-parir allura bħala konsulent Robert Abela ma kien qed jitħallas ta’ xejn.

Is-sitwazzjoni issa qed ittendi għal perikli li qatt ma kein hawn bħalhom. Fil-parlament hawn żewġ persuni li serqu lill-poplu bil-Prim Ministru ostaġġ għax ma jistax ineħħiehom.

Il-Prim Ministru ma jiddeċidiex u ma jmurx il-parlament jiffaċċja l-mistoqsijiet. Mhux biżżejjed li l-Ministru Evarist Bartolo jitkeb fuq il-facebook għax issa hu l-mument tad-deċiżjonijiet, id-deputati kollha jridu jiddeċiedu hux se jdidefendu lill-ħaddiema u lil Malta jew lill-kriminali.

Id-deputati Labruisti jridu jiddeċiedu; ċert li hemm deputati Laburisti li kienu jafu li dan mhux ta’ ġid għal Malta, sostna l-Kap tal-PN, li appella lid-deputati Labruisti biex ma jibqgħux jappoġġjaw Prim Ministru li qed jaħbi lill-kriminali.

Il-Kap tal-PN qal li l-konswegenzi se jsofriehom il-pajjiż kollu f’mument delikat fejn is-saħħa finanzjarja tal-pajjiż diġà kienet effetwtata negattivament. Il-poplu jrid jifhem li d-deputati jridu jservu lill-pajjiż u mhux lejn il-partit; il-politika għandha tkun indirizzata biss għat-tajjeb tal-poplu. Il-korruzzjoni m’għandhiex tibqa’ tingħata l-kenn bi Prim Ministru li m’għandux is-saħħa li jiddeċiedi.