Lokali

Vettura tinqaleb u tieħu n-nar f’San Ġiljan – 2 iweġġgħu

Ritratt: Martin Agius

Żewġ irġiel weġġgħu, wieħed minnhom serjament, f’inċident tat-traffiku li seħħ f’San Ġiljan matul il-lejl.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3a.m. fi Triq Sant’Andrija b’membri tal-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili imorru fuq il-post.

Fuq il-post huma sabu vettura maqluba u maħkuma min-nirien u kuntistabbli li kienoff-duty u persuna oħra jagħtu l-ewwel assistenza lil żewġt irġiel li kienu fil-karozza.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li għal xi raġuni, il-vettura tat-tip Toyota Auris, ħabtet ma’ lqugħ tal-konkrit bil-konsegwenza li nqalbet u ħadet in-nar. L-irġiel, li huma ta’ nazzjonalita’ Taljana, inħarġu mill-karozza mill-kuntistabbli off-duty u persuna oħra li nzertaw fuq il-post u baqgħu jagħtu l-assistenza sakemm wasal tim mediku fuq il-post.

Il-vittmi ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn wieħed mill-irġiel kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-ieħor kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit fetħet inkjesta u ħatret numru ta’ esperti biex jassistu.

Ikkummenta