Lokali

Robert Abela ma jkeċċix lil Muscat; ineħħu lil Mizzi erba’ snin tard

Wara laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista u l-Eżekuttiv, ġie deċiż li Konrad Mizzi jitkeċċa mill-Grupp Parlamentari. 71 minn 73 delegat Laburista vvutaw sabiex Konrad Mizzi jitkeċċa.

Il-Prim Ministru Robert Abela iżda ma keċċix lil Joseph Muscat, u mistoqsi għaliex l-eks Prim Ministru qed jiġi trattat b’mod differenti minn Mizzi, hu qal .

L-eks Ministru Konrad Mizzi, ma kienx preżenti fiżikament għal din il-laqgħa hekk kif għadu fi kwarantina.

Iktar kmieni f’post fuq facebook, Konrad Mizzi qal li ma jaqbilx li għandu jwarrab fuq “spekulazzjonijiet”. Dan filwaqt li kiteb li l-lealta tiegħu se tibqa’ għall-Partit Laburista, mingħajr ma jsemmi li se jkun leali lejn il-Prim Ministru Robert Abela.

Hekk kif issa Konrad Mizzi kien imkeċċi minn Deputat tal-Partit Laburista, il-mistoqsija hija waħda…. Robert Abela għala ma keċċix lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat?

Konrad Mizzi u Joseph Muscat huma ż-żewġ Deputati Laburisti li kienu l-moħħ wara l-ftehim skandaluż tal-Montenegro.