Futbol Sport

Akkwist ieħor għal Żejtun Corinthians

(Ritratt: Replay)

Wara li fl-aħħar ġranet Żejtun ħabbru numru ta’ akkwisti lbieraħ wasslet ukoll il-konferma tal-midfielder avvanzat Kemar Reid. Reid li huwa midfielder mill-Ġamajka kapaċi jilgħab ukoll bħala midfielder ċentrali jew mal-linja u ilu f’pajjiżna għal dawn l-aħħar erba’ snin.

Hu kien inġieb f’pajjiżna minn Mosta fejn magħhom għamel id-debutt tiegħu fil-Kmapjonat Premier qabel ma ssieħeb ma’ St. Andrews fejn lagħab għal sentejn oħra fil-Kampjonat Premier.

Huma wkoll ikkonfermaw lill-midfielder Brooke Farrugia li għalih se jkun ritorn fil-Kampjonat Premier.

Ikkummenta