Qed tkun aktar evidenti ma’ kull jum li jgħaddi li l-Ministri tal-Gvern qed ikunu skomdi jwieġbu dwar l-iskandli tal-istess Gvern tagħhom, fosthom l-aħħar wieħed, dak tal-windfarms fil-Montenegro.
Fl-isfond ta‘ dak li ħareġ jumejn ilu, anke l-Ministru Silvio Schembri, meta mistoqsi minn In-Nazzjon, jekk jiċħadx li minn dan id-deal li sewa lill-Maltin u l-Għawdxin ‘il fuq minn €10,000,000, kwazi nofshom marru għand il-kumpanija ta’ Yorgen Fenech f’17 Black, baqa’ ma jiċħadx.
Fakkarna lil Schembri li ħadd minn naħa tal-Gvern baqa’ ma ċaħad id-dettalji li ħarġu f’dak li hu l-iskandlu tax-xiri tal-imtieħen tar-riħ fil-Montenegro.
Wara li diversi deputati tal-Gvern kienu skomdi jwieġbu jekk dan id-deal qattx kien diskuss fil-Kabinett, Schembri ma riedx jikkummenta.
Deher skomdu wkoll meta mistoqsi dwar l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u jekk dan, kienx jaf x’qed jiġri taħt imnieħru, il-Ministru qalilna biex nistaqsu lilu
Schembri huwa biss Ministru wieħed minn ħafna li qed iħossuhom skomdi jitkellmu mal-media dwar skandli li twettqu taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat.
//= $special ?>