Lokali

Angelo Gafà maħtur Kummissarju tal-Pulizija

Min se jinħatar CEO tal-Korp?

Wara l-approvazzjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, il-Gvern permezz ta’ stqarrija ikkonferma li Angelo Gafà nħatar uffiċjalment bħala Kummissarju tal-Pulizija. 

Gafà se jkun is-7 Kummissarju f’seba’ snin ta’ Gvern Laburista. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar seba’ snin bħala Kummissarji tal-Pulizija kien hemm John Rizzo, Peter Paul Zammit, Ray Zammit, Michael Cassar, Lawrence Cutajar, Carmelo Magri u issa Angelo Gafà.

Mhux magħruf eżatt meta se jibda t-terminu ta’ Gafà fit-tmexxija tal-Korp.

Mhux magħruf lanqas jekk hux se toħroġ sejħa għal Kap Eżekuttiv ġdid wara li dan il-post, li kien okkupat minn Gafà innifsu, ġie vakat.