Futbol Sport

Dale Camilleri jissieħeb ma’ Gudja United

(Ritratt: gudjaunited)

Dale Camilleri huwa plejer ġdid ta’ Gudja United wara li fl-aħħar jiem temm l-esperjenza tiegħu ma’ Balzan fejn kien rnexxielu jirbaħ l-FA Trophy fl-istaġun 2018/19.

Minbarra ma’ Balzan, Camilleri lagħab ukoll ma’ Ħamrun Spartans fost l-oħrajn. Hu kien ukoll parti mit-tim Nazzjonali Malti f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Ukranja.

Ilbieraħ, Gudja United ħabbru wkoll li ż-żagħżugħ Aidan Jake Friġġieri ġedded l-esperjenza tiegħu għall-staġun ieħor. Friġġieri fil-passat lagħab ukoll ma’ Sliema Wanderers u St. Andrew fil-Kampjonat Premier qabel ma ssieħeb ma’ Gudja.