Futbol Sport

David Luiz iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal

(Ritratt: EPA)

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ qabel il-partita kontra Southampton, il-kowċ ta’ Arsenal Mikel Arteta ħabbar li d-difensur Brażiljan David Luiz mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu b’sena oħra mal-Gunners. Fl-aħħar jiem il-Brażiljan ta’ 33 sena kien kritikat għall-prestazzjoni tiegħu fit-telfa ta’ 3-0 li Arsenal sofrew kontra Manchester City.

Luiz f’din il-partita daħal bħala sostitut wara injury li sofra Pablo Mari, fejn Arsenal sofrew żewġ gowls permezz ta’ żbalji tad-difensur. Fl-azzjoni tat-tieni gowl hu ġie muri l-karta l-ħamra wara li wettaq penalty Gabriel Jesus. Luiz issieħeb mal-Gunners mingħand ir-rivali Chelsea fil-bidu tal-istaġun li għadda.