Internazzjonali

Fi Sqallija: 10 persuni arrestati wara rabtiet mal-Mafja

Il-pulizija Taljana fil-provinċja ta’ Palermo arrestat għaxar suspettati b’rabta mal-Mafja f’San Lorenzo. Disgħa preżentament qed jinżammu l-ħabs u wieħed jinsab arrestat f’daru.

L-operazzjoni ngħatat l-isem ta’ ‘Teneo’, u wieħed minn dawk l-għaxra kien Giulio Caporrimo, persuna rinomata ħafna b’rabta mal-Mafja ta’ Sqallija u li kien inħareġ mill-ħabs is-sena l-oħra.

Fost dawk arrestati hemm żewġ negozjanti u mhux magħruf jekk kellhomx rabta diretta ma’ dan il-grupp.

L-għaxra mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.