L-awtoritajiet tas-Saħħa fil-Ġermanja qed jerġgħu jimplimentaw il-miżuri ta’ lockdown wara li kien hemm iktar minn 1,500 li ttestjaw pożittivi għall-coronavirus li jaħdmu f’impjant tal-laħam.
Ir-restrizzjonijiet se jirritornaw fid-distrett ta ’Gütersloh…. għal madwar 360,000 persuna. Il-lockdown se jibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju, fejn dan se jsir bħala miżura preventiva.
Dan huwa l-ewwel darba li se jerġa’ jsir lockdown minn meta l-Ġermanja bdiet tneħħi ċerti miżuri f’Mejju li għadda.
Il-pajjiż kien imfaħħar ħafna għar-rispons tiegħu f’din il-pandemija iżda hemm tħassib ta’ infezzjonijiet li qed jerġgħu jiżdiedu.
Bħalissa r-rata ta’ kemm jinxtered dan il-virus fil-Ġermanja (R Factor), hija stmata li telgħet għal 2.8. Sabiex il-marda tiġi kkontrollata, l-R Factor irid ikun inqas minn 1.
//= $special ?>